SCORE    | 
      
        258.  Il-ġrajja tal-Milied 
          
            
              Rit:  
Alleluia, alleluia, 
Twieled Ġesù Bambin! 
Alleluia, alleluia, 
Twieled għalina l-Bnedmin! 
                Mar l-anġlu biex ħabbar 
                  Lir-rgħajja msejknin 
                  Li kienu mal-merħla 
                  Qed jgħassu mgeddsin. 
                  Kif qallhom li twieled it-Tfajjel mixtieq, 
                  Bil-ferħ riedu jtiru għal ħdejh  
                  Qabdu t-triq.								Rit: 
                Min jaf b’liema ħlewwa  
                  Flimkien daħlu ħdejh! 
                  Min jaf x’ħarsa kellu fil-kisra t’għajnejh! 
                  Min jaf xi tbissima sabulu f’xofftejh! 
                  Min jaf x’taħrik għamel  
                  Bis-swaba’ w b’idejh!							Rit: 
                Ir-rgħajja mistagħġba  
                  Misruqa mill-ħlewwa 
                  Taċ-ċkejkna tarbija  
                  Li ġiet tiżra’ s-sewwa, 
                  Minn hemm reġgħu ħarġu  
                  Għannej l-għanjiet sbieħ 
                  Ta’ ħajr ’il-kbir Alla bihom tawh ġieħ.					Rit:  | 
             
           
          Raħbi l-Għarib  
            Addattata għall-Malti minn P. Gorg Zammit OFM Conv 
           
           | 
       
      |  | 
        Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright