691. Talba ta’ filgħodu

L-Għodwa t-tajba, Mulej! Reġa’ sebaħ jum ieħor.
Niżżikħajr Mulej, li għoġbok tagħtini jum ieħor,
Niżżikħajr li tajtni ċans ieħor
Biex inwettaq dak li fil-jiem l-imgħoddija ħallejt barra.
Din Mulej, se tkun it-talba tiegħi.

Agħmel Mulej, li f’dan il-jum inkun:
Onest, biex ħuti l-bnedmin isibu fija persuna fdata.
Twajjeb, biex nagħti xhieda ta’ tjubitek.
Ferħan, biex nuri t-tbissima tiegħi lid-dinja.
Ħabrieki, biex ma naħlix żmien fix-xejn.
Puntwali, biex ma nħalli ’l ħadd jistennieni.

Agħmel Mulej, li f’dan il-jum inkun: qalbieni fit-tiġrib.
Perseveranti f’kull biċċa xogħol mibdija.
Għaqli fid-deċiżjonijiet tiegħi.
Sinċier f’kull ma ngħid u nagħmel.
Tħallinix Mulej, ingerger meta l-affarijiet ma jiġux tajjeb.
Tħallinix naqta’ qalbi meta niltaqa’ ma’ xi diffikultà.
Tħallinix ninnervja meta ma tgħaddix tiegħi.

Mulej, u meta f’xi waqt inħossni waħdi,
Fakkkarni li hemm Int, Mulej, qrib tiegħi...
Poġġi fuq xufftejja kliem ta’ tifħir għat-tajjeb tal-oħrajn,
Kliem ta’ ħajr għall-ġenerożità ta’ ħaddieħor,
Kliem li jnissel tbissima fejn tbissima ma teżistix.

Dan nitolbok, Mulej, fil-ftuħ ta’ dan il-jum.
Hekk ikun.