683. Talba għall-komunità

Mulej imla l-qlub tagħna bil-paċi qaddisa li tisboq kull fehma.
Bierek il-ħajja tagħna flimkien biex ngħixu fl-imħabba
Minkejja d-differenzi tagħna.
Kabbarna u ġeddidna biex inħarsu lejn xulxin b’għajnejn ġenwina
U nitkellmu b’ilsien ħelu.
Saħħaħ l-għaqda ta’ bejnietna,
Ħalliha tkun għalina għajn ta’ grazzja.
B’ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen.