677. Ma rridux inkunu kuntenti waħedna

Mulej,
Għallimna ma nħobbux biss lilna nfusna
Ma nħobbux biss lil ħbiebna
Ma nħobbux biss lil min faċli tħobbu.
Għallimna naħsbu fl-oħrajn
U nħobbu l-ewwel lil dawk li ma jħobbhom ħadd.
Tina grazzja nifhmu, li f’kull ħin,
Filwaqt li aħna qed ngħixu ħajja wisq hienja, hemm miljuni ta’ bnedmin,
Li huma ħutna, u qed imutu bil-ġuħ
Mingħajr ma jistħoqqilhom imutu bil-ġuħ.
Qed imutu bil-bard mingħajr ma jistħoqqilhom imutu bil-bard.
Mulej, ikollok ħniena mill-fqar tad-dinja u tħallix li nkunu hienja waħidna.

Raoul Follereau