650. Imbierek Int, Mulej
(1 Kron 29,10-13)

Imbierek int, Mulej, Alla ta’ Iżrael missierna,*
Minn dejjem għal dejjem.
Tiegħek, Mulej, il-kobor u l-qawwa,*
Il-gieħ, is-sebħ u t-tifħir.
Tiegħek, Mulej, is-saltna;*
Int taħkem fuq kollox.
F’idejk il-qawwa u s-saħħa;*
F’idejk is-setgħa li tkabbar u ’l kulħadd issaħħaħ
U issa nfaħħruk, Alla tagħna,*
U nsebbħu l-isem glorjuż tiegħek.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben,*
U lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,*
U jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

1 Kron 29,10-13