 
 
|   CHORDS   | 
      
        | 97.  Dielja għażiża 
 
            
              | Ħobż it-tbatija tatna EvaEva ġdida. Ommna Marija
 Lil Ġesù Ħobż ħaj tagħtina
 Bih il-Knisja llum tmantnina.
                   Rit: Għinna nilqgħu
 O Marija
 Dan il-Ħobż hekk qaddis
 Sabiex miegħek aħna nfaħħru
 Lill-Qaddis tal-qaddisin.
 O Marija, għalqa għammielaF’ġufek nibet qamħ Divin
 Ġisem Kristu mogħti lilna
 Illi jżommna mal-ħajjin.		Rit:
 Inti Dielja hekk għażiżaMinnek ħadna għeneb bnin.
 F’demm ta’ Kristu llum jinbidel
 Biex jagħmilna lkoll henjin.	Rit:
 Ma’ Marija hawn miġburaĦajr inroddu lill-Mulej
 B’ġismu u b’kelmtu lilna jżommna
 Jibqa’ magħna għal li ġej.		Rit:
 
 |  Dun Gerard Buhagiar & Joe Formosa © Santwarju ta' 
            Pinu   |  |  | 
        Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright