Chords
CHORDS
 
Video
 

68. B’qalbi kollha

Ma nafx infisser dak li nħoss
Din ħolma jew realtà?
Fl-aħħar miexi f’din it-triq
Tagħtini libertà.
Inħossni nerġa' ngħix mill-ġdid
Issa li fik intlaqt
Xejn ma jbiddel dak li rrid
Fik sibt dak li xtaqt.

Rit:
B’qalbi kollha nħobbok
B’ruħi kollha nafda fik
B’saħħti kollha nibqa’ ħdejk
Irrid li ngħix għalik. x2

Spiss nistaqsi, int min int?
Min jien biex ngħid li nafek?
Quddiemek tant mifxul
Inti kbir, ma nafx xi ngħidlek.
Fi mħabbtek lili ħlaqt
Biex ħajtek taqsam miegħi
Dak kollu li int, int
Issa se jkun tiegħi. Rit:

B’qalbi kollha… B’ruħi kollha…
B’saħħti kollha ngħix għalik...

Għalhekk. Rit:

B’qalbi kollha nafda fik
Irrid li dejjem ngħix għalik

Fr Karm Debattista mssp © 2004 Karm Debattista mssp

 

Tema

Qima

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright