Available from KDZ office
SCORE
 

611. Twieled il-Messija

Rit:
Alleluia
Alleluia
Twieled il-Messija!

Is-smewwiet jixhdu l-kobor u l-ħniena
Tal-Mulej li sar bħalna l-bnedmin. Rit:

Kliemna jxandar is-sebħ t’Alla tagħna,
Qlubna jroddu bil-ferħ qima u ħajr. Rit:

Il-Mulej ħares lejna u ħassrilna
L-għajb tal-ħtija li sibna fid-dnub. Rit:

Niżel ħdejna mis-sema l-Mistenni,
Li xtaquh sa minn dejjem il-ġnus. Rit:

Il-Mulej twieled fostna biex aħna
Niksbu r-rebħa fuq l-għadu u l-mewt. Rit:

Oliver Friggieri & P. Albert Borg OSA

 

Żmien Liturġiku

Milied

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright