Video
 

427. Meta jaqa’ d-dlam

Fit-triqat tal-ħajja tagħna
Nippruvaw nimxu b’kuraġġ
Iżda d-dawl mhux dejjem jiddi
U tax-xemx ifeġġ ir-raġġ.
Ġieli wara s-sħab jinħeba
Id-dawl tal-qamar fiddien
U l-biżgħa tibda taħkem
U serħan ma nsibu mkien.
Iżda darba int għedtilna
Li waħedna mhux se tħallina
U għalhekk ħallejt il-Kelma
Biex tkun id-dawl, id-dawl fit-triq.

Rit:
Fanal għal riġlejja hija l-Kelma tiegħek
Dawl fil-mogħdija
Li rrid nimxi miegħek
Kewkba li tmexxini
Anke fl-iżjed lejl mudlam
Xemgħa li tibqa’ tnemnem
U fid-dlam tagħti serħan.

Aħna lkoll nixtiequ nimxu
Fit-triq li tixtieqna int
W’aħna wkoll nixtiequ nemmnu
F’dawk il-kliem li int lissint.
Meta fostna għamilt it-tinda,
U wieħed minna int sirt,
Din hi l-kelma li tagħti l-ħajja
Lilna ilkoll Inti fissirt.
Kelma li ħallejtilna
U ta’ dan nirringrazzjaw
Billi lejk leħinna ngħollu
U b’vuċi waħda inkantaw. Rit:

Din il-kelma għadha ħajja!
U tkellimna għadha llum!
Ejja nħallu lill-Ispirtu
Idawwalna - biha kuljum! Rit:

Mariella Chetcuti & Noel Zammit © 2006

 

Tema

Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright