Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

397. Lilek Mulej tifħir u glorja

Rit:
Lilek Mulej tifħir u glorja. x4

Għall-ħlejjaq kollha li inti tajtna
Ix-xemx u l-qamar li l-ħajja jdawlu
L-ilma u x-xita li l-frott isaħħu
Il-ġonna s-siġar li d-dinja jlewnu. Rit:

Glorj’ għall-għoljiet, l-ibħra u x-xmajjar,
Li ta’ idejk il-kobor juru
Għal din l-art sbejħa li ridt iżżejjen,
Li liln’offrejt biex lilha nħobbu. Rit:

Għax fuq din l-art il-ħajja tagħna
Għandha tifsir biss jekk noffrulek
Għanja ta’ ħajr, u jekk ninsġulek
B’noti mill-oħla innu ta’ glorja. Rit:


Tradizzjonali
Addattata għall-Malti minn P. Camilleri

 

Tema

Tifħir

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright